Ekonomija Lokali

Anke l-prezz internazzjonali tal-gass qed jonqos … f’Malta għola fil-bidu tax-xahar

Hekk kif il-prezz internazzjonali taż-żejt qed jonqos tant li jinsab fl-anqas livelli tiegħu, issa qed jirriżulta li qed jiġri l-istess fil-prezz tal-gass ukoll. Fir-Renju Unit, il-prezz tal-gass naturali bħala materja prima ilu nieżel għal diversi xhur u niżel bi kważi 23%.

Diversi għaqdiet tal-konsumatur qed ipoġġu pressjoni fuq il-fornituri tal-gass biex it-tariffi tagħhom jorħsu ħalli jirriflettu l-prezz reali li hemm bħalissa fis-suq. Dan it-tnaqqis fil-prezz internazzjonali qed iseħħ wara li ntlaħaq ftehim bejn ir-Russja u l-Ukrajna dwar il-provvista tal-gass, li jaffetwa wkoll l-Unjoni Ewropea.

Anke hawn Malta, il-prezz tal-gass ftit li xejn iċċaqlaq. Wara li l-prezz ta’ ċilindru ta’ 12kg gass inżamm fiss għal €17.10, f’Ottubru il-prezz għola għal €18.