Qorti

Attivist tal-‘Birdlife’ mixli li daħal f’żona bla permess fil-Miżieb

Attivist tal-“Birdlife” ġie mixli permezz ta’ ċitazzjoni quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea li fil-25 ta’ April li għadda daħal fil-żona tal-Miżieb, il-parti fejn hija bla permess. L-akkużat Nimrod Mifsud mill-Gżira qed iwieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih.

Fix-xhieda tiegħu, Lino Farrugia, il-Kap Eżekuttiv tal-Federazzjoni Kaċċaturi, Nassab u Konservazzjonisti (FKNK) qal li kemm biċċa art fil-Miżieb u anke biċċa art tal-Aħrax tal-Mellieħa, huma riżervati għall-kaċċaturi meta jiftaħ li staġun tal-kaċċa. Qal li dawn huma aċċessibbli biss għalihom wara ftehim li kien sar mal-ex Prim Ministru ta’ Malta Karmenu Mifsud Bonnici fil-11 ta’ April, 1986.

Madankollu d-diviżjoni kitbet lura lil “Birdlife” u li kkwotat l-ftehim li sar fl-1986, fejn ingħad li din kienet disinjata mill-Gvern bħala riżerva għall-kaċċaturi u ristretta għal persuni oħrajn li m’għandhomx x’jaqsmu mal-kaċċa.

Żewġ kaċċaturi, Kenneth Sciberras u Robert Booker qalu fil-Qorti, li fil-ġurnata inkwistjoni, Mifsud daħal fis-sit flimkien mal-ġurnalist tal-BBC, Chris Packham u tliet barranin oħrajn.
Booker qal li xi nies kienu qegħdin jiġbdu filmati tal-kaċċauri u li huma kienu qegħdin hemm biex jagħmlu ħsara lill-membri tagħhom. L-Avukat Stephen Tonna Lowell deher għal Mifsud filwaqt li l-Avukat Kathleen Grima deheret bħala parti-ċivili għal FKNK.