Jonathan Bonello minn Ħ’Attard ta’ 34 sena, li rriforma ruħu minn problemi tat-teħid tad-droga ġie kundannat 18-il xahar ħabs u mmultat €2,500, wara li l-Qorti sabitu ħati li kellu fil-pusses tiegħu d-droga eroina, li ma kienitx għal użu personali tiegħu.
Minkejja dan, u l-fatt li rriforma ruħu u li m’għadux dipendenti fuq id-droga, il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras qalet li ma tistax tinjora l-fatt li huwa kien inqabad b’66 gramma ta’ eroina, li kienu biżżejjed biex wieħed jippreparfa 660 qartas droga għal bejgħ.
//= $special ?>

