Il-captain ta’ Liverpool Steven Gerrard żvela li jekk id-diriġenti tal-klabb ma joffrulux kuntratt ġdid dan ikun lest biex jingħaqad ma’ tim ieħor. Gerrard, li għandu 34 sena kien ingħaqad mal-akkademja ta’ Liverpool meta kien għad kellu disa’ snin u llum-il ġurnata hu meqjus bħala wieħed mill-leġġendi tal-klabb minn Merseyside. Il-kuntratt attwali ta’ Gerrard jiskadi f’Mejju tal-2015 u f’kummenti li ta Gerrard jum qabel il-logħba ta’ llum kontra Newcastle qal, “ Mhux se nirtira wara dan l-istaġun. Jien se nibqa’ nilgħab il-futbol u jekk id-diriġenti tal-klabb ma joffrulix kuntratt ġdid inkompli nilgħab il-futbol x’imkien ieħor.”
Fis-sajf li għadda Gerrard irtira minn mat-tim nazzjonali Ingliż biex jiffoka biss fuq il-partiti ma’ Liverpool, klabb li miegħu lagħab aktar minn 700 logħba. Intant, l-istess Gerrard qal li l-attakkant Daniel Sturridge hu l-aqwa attakkant Ingliż li qatt lagħab miegħu.
Rigward Balotelli Gerrard qal li għadu kmieni wisq biex jgħaddi ġudizzju dwaru. Balotelli ħalla lil Milan u ingħaqad mar-Reds qabel l-istaġun.
TONEV – Il-winger ta’ Celtic Aleksandar Tonev ġie sospiż seba’ partiti wara li offenda b’mod razzjali d-difensur ta’ Aberdeen Shay Logan. L-inċident seħħ fil-logħba bejn Celtic u Aberdeen li intlagħbet fit-13 ta’ Settembru. Tonev hu misluf lil Celtic mingħand Aston Villa.
//= $special ?>

