Lokali

Għal Joseph Muscat kompetenti hu biss min hu kapaċi jisraq

Il-fatt li l-Partit Nazzjonalista għandu l-problemi finanzjarji tiegħu hu konferma ta’ kemm il-Partit Nazzjonalista qatt ma għamel bħall-Partit Laburista u meta kien fil-Gvern seraq art u bini mingħand il-pubbliku u l-privat.

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista sahaq li hu ta’ għajb li Joseph Muscat jiddeskrivi l-mod ta’ kif il-Partit Laburista seraq numru kbir ta’ proprjeta’ kemm f’Malta kif ukoll Ghawdex, bl-aġġettiv ‘kompetenti’.
Bil-liġi li jrid Muscat, sostna l-Partit Nazzjonalista, il-partiti politiċi mhux se jkunu fuq level playing field, iżda l-Partit Laburista se jkun qed igawdi minn bini pubbliku u anke privat li qed jintuza bħala Kazini tal-Partit Laburista.

Is-serjeta’ titlob aħjar minn hekk, u qabel tidhol fis-seħħ il-liġi, l-Partit Laburista għandu jirritorna dan il-bini kollu lis-sid oriġinali, jiġifieri jew il-Gvern jew saħansitra l-privat.