Tliet persuni weġġgħu u qed jingħataw kura fl-Isptar Mater Dei wara li kienu nvoluti f’inċident bejn ħames karozzi f’Burmarrad. Fl-inċident, li seħħ għall-ħabta tan-12.30pm qrib il-kumpless ta’ Burmarrad Commercials, kienu nvoluti vetturi tat-tip Toyota Vitz, vann Transit, Isuzu Elf, Kia Shuma u BMW li kienet ipparkjata.
Mhux magħruf x’wassal għall-inċident, li kawża tiegħu kellhom jiddaħħlu l-Isptar koppja anzjana ta’ 72 u 71 sena mir-Rabat, li kienu qed isuqu il-vettura Toyota Vitz, kif ukoll żagħżugħ ta’ 20 sena mis-Siġġiewi, li kien qed isuq il-vettura Isuzu Elf.
Għalkemm il-persuni sofrew xi feriti, l-ebda wieħed minnhom ma jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.
(Ritratt: mill-Paġna tal-Facebook ta’ Maltese Roads Traffic Update)
//= $special ?>