Lokali Sport Sport Ieħor

Il-Malti Claudio Cassar jirbaħ it-tournament mondjali tal-irġiel tal-Blackball Pool

Il-Malti Claudio Cassar rebaħ it-tournament tal-irġiel fil-Kampjonati Mondjali tal-Blackball Pool, li qed isiru bħalissa fil-belt ta’ Perth fl-Iskozja. F’finali mill-aktar eċitanti, Cassar għeleb lil Paul Bennet tal-Afrika ta’ Isfel bi skor ta’ 8-7.

Fil-kwarti tal-finali, Cassar kien elimina lill-Iskoċċiż Michael Columb b’rebħa ta’ 6-5, filwaqt li fis-semi finali u b’wirja mill-aqwa, Cassar elimina lil Scott Gillespie bi skor ta’ 7-2. Ta’ min jinnota li fil-passat l-istess Cassar kien wasal ferm viċin li jirbaħ dan it-titlu meta kien spiċċa fit-tieni post.

F’dawn il-kampjonati, li jiġu fi tmiemhom għada, qed jieħdu sehem madwar 700 parteċipant. Din kienet l-ewwel darba fl-istorja li dawn il-kampjonati qed isiru fl-Iskozja.