Lokali

Filmat: Halloween u l-istejjer tal-waħx

Halloween, drawwa, jew festa pagana barranija li spiċċat parti mill-kultura tagħna.

Ħafna nies il-halloween, li l-ġurnata d-dedikata għalih hi llum, l-31 ta’ Ottubru, jassoċjawh mal-mewt jew mal-ispirti ħżiena. Ma jonqsux dawk li l-Halloween jassoċjawh ma’ ġurnata jew aħjar lejl ta’ divertiment u hemm ohrajn l-aktar tfal u adoloxxenti li saru jipprattikaw it-tradizzjoni tal-Halloween, it-trick or treat.

Iżda peress li l-Halloween nassoċjawh l-aktar ma affarijiet makabri anke jekk b’ċajt, ma stajnix ma nitkellmux ma’ Anton Grasso li jikteb stejjer tal-waħx.

Il-ġurnalista Amy Borg tkellmet ma’ Anton Grasso – kittieb ta’ stejjer tal-waħx. Ara l-intervista sħiħa fil-filmat.

Biex tkunu tafu aktar dwar Anton Grasso u l-Halloween segwu l-edizzjoni tal-lejla tal-programm Newsfeed.