Għall-Prim Ministru Joseph Muscat, kompetenti hu biss min hu kapaċi jisraq. Dan qalu l-Partit Nazzjonalista, fi stqarrija, li fiha fakkar kif il-fatt li l-PN għandu l-problemi finanzjarji tiegħu hu konferma ta’ kemm qatt ma għamel bħall-Partit Laburista, jiġifieri li jisraq art u bini mingħand il-pubbliku u l-privat meta kien fil-Gvern.
Il-PN qal li hu ta’ għajb li Muscat jiddeskrivi l-mod ta’ kif il-PL seraq numru kbir ta’ proprjetà f’Malta u f’Għawdex bl-aġġettiv “kompetenti”. Bil-Liġi li jrid il-Prim Ministru Muscat, il-partiti politiċi mhux se jkunu fuq level playing field, iżda l-PL se jkun qed igawdi minn bini pubbliku u anke privat, li qed jintużaw bħala Każini Laburisti.
Is-serjetà titlob aħjar minn hekk u qabel tidħol fis-seħħ il-Liġi, il-PL għandu jirritorna dan il-bini kollu lis-sid oriġinali, jiġifieri jew il-Gvern jew saħansitra l-privat, temmet tgħid l-istqarrija.
//= $special ?>
