Lokali

Min se jieħu post Karmenu Vella?

Wara li nhar it-Tnejn Karmenu Vella għamel l-aħħar diskors tiegħu fil-Parlament Malti, issa beda l-proċess ta’ l-elezzjoni każwali ta’ Membru tal-Kamra tad-Deputati biex jieħu post Karmenu Vella.

L-elezzjoni każwali fuq il-Ħames Distrett Elettorali se ssir nhar il-Ħamis 6 ta’ Novembru.

B’kollox huma sitta l-kandidati tal-Partit Laburista li jistgħu jikkontestaw din l-elezzjoni każwali, hekk kif sitta oħra diġa’ huma eletti fil-Parlament.

In-nominazzjonijiet bdew jintlaqħu minn dalgħodu u jibqgħu jintlaqgħu sa nhar it-Tlieta, bl-għadd tal-voti, jibda l-Ħamis fid-9 ta filgħodu, fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar.

Sa issa, preżenta n-nomina Edric Micallef.