Lokali

Minkejja li Muscat qed jgħid li l-Power Station qegħda on track, ix-xogħol fis-sit għadu wieqaf

Minkejja li l-Gvern prova jagħtina x’nifhmu li x-xogħol beda, billi bagħat il-gafef iqalbu r-ramel, filfatt ix-xogħol jinsab wieqaf.

Kull meta ġie mistoqsi, il-Prim Ministru Joseph Muscat ripetutament qal li l-power station qiegħda on track, u saħaq li din se titlesta.

Dan l-istazzjon mar fis-sit fejn għandha tinbena l-powerstation il-ġdida u sibna biss torba u gaffa wieqfa, dan kien hekk f’diversi ġranet u ħinijiet differenti, naturalment ħinijiet tax-xogħol, imma baqa ma resaq ħadt lejn fejn sippost se tinbena l-powerstation.

Il-kuntratt ghal dan il-proġett suppost hu ffirmat – għalkemm il-Gvern ħallieh moħbi – imma ġie rrappurtat fil-media li t-taħditiet kienu reġgħu nfetħu mal-konsorzju Electrogas li suppost se jibni l-power station il-ġdida.

Lejliet l-aħħar elezzjoni, il-Partit Laburista mmexxi minn Joseph Muscat wieghed li jibni power station ohra li tahdem bil-gass sa Marzu li gej.

Saħansitra kien wiegħed li jekk dan il-progett ma jitlestix fil-ħin, jirriżenja.

Mandankollu, il-proġett lanqas biss beda jiċċaqlaq u l-gaffa dejjem wieqfa.