Qorti

Sitt Pulizija ma kienux bizzejjed biex jommu lil Pasqualino Cefai

Sitt membri tal-Korp tal-Pulizija ma kienux bizzejjed biex jrażżnu lil Pasqualino Cefai mir-rabja li kellhu fuqu waqt li kienet għaddeja seduta dwar droga quddiem il-Maġistrat Miriam Haymen. Dan ħareġ fix-xhieda li ta l-ispettur Kevin Pulis, li tenna li fil-ħin li kienet qed tinstema l-kawza ta’ Cefai dan beda jilmenta u jirrabja u kontinwament jitlob li jkun hemm l-avukat tiegħu preżenti waqt li bdew jitellgħu x-xhieda.

Dan ħareġ meta kompliet il-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Pasqualino Cefai ta’ 39 sena, miż-Żebbuġ, Għawdex fejn jinsa mixli li l-Ħamis, 2 ta’ Ottubru, hedded lil Maġistrat Miriam Haymen u uffiċjal tal-Pulizija.

Il-mistoqsijiet tad-difiża dwar għalfejn baqgħu għaddejin meta ma kienx hemm avukat prezenti, l-Ispettur Fenech qal li dak il-ħin fl-awla ma kien hemm ebda każ ieħor li segħta jsir, qal wkoll li fl-aħħar mil-aħħar hija l-Maġistrat li tideċiedi x’għandu jsir fl-awla. Il-kumpilazzjoni se tkompli fl-4 ta’ Diċembru fid-9.00 a.m.