Ġlieda bejn l-assistent personali tal-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Customer Care f’Kastilja Tony Borg wasslet għas-sospensjoni tal-Kap tat-taqsima tal-Customer Care u persuna oħra.
Dan l-istazzjon jinsab informat li l-ġlieda bdiet wara diżgwid bejn Sandro Craus, l-assistent personali tal-Prim Ministru, u Tony Borg, li inċidentalment huwa missier l-eks Assistent personali u Chairman tal-WasteServe David Borg.
Id-diżgwid jidher li nqala minħabba li Sandro Craus qed jimmira li jikkontesta fuq it-tieni distrett, waqt li Borg jidher li qed jirreżisti din il-ħaġa, din waslet biex ħolqot kunflitti kbar bejn iż-żewġ naħat.
Is-sorsi qalulna li kien Keith Schembri il-Kasco, ic-Chief of Staff tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru li ddeċieda li jissospendi lil Tony Borg u persuna ohra. Mhux magħruf x’se tkun il-pożizzjoni tal-Prim Ministru, hekk kif bħalissa jinsab f’Singapore.
Ma’ newsbook.com.mt, il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern, Kurt Farrugia, ikkonferma li bħalissa għaddej stħarriġ preliminari intern skont ir-regoli għall-impjegati mal-Gvern.
//= $special ?>