Qalbet għall-aħjar il-mara ta’ 44 sena li lbieraħ waranofsinhar kienet involuta f’inċident tat-traffiku fl-Imġarr, flimkien ma’ mara oħra ta’ 43 sena.
Min-naħa l-oħra, il-mara l-oħra għadha fil-periklu li titlef ħajjitha.
Aktar kmieni …
Żewġ nisa fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku fl-Imġarr
Ilbieraħ, 6.45pm: Żewġ nisa jinsabu fil-periklu li jitilfu ħajjithom wara li kienu nvolut f’inċident tat-traffiku li seħħ waranofsinhar fl-Imġarr. Jirriżulta li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.30pm fi Triq iż-Żebbiegħ meta karozza tat-tip Toyota Vitz, misjuqa minn mara ta’ 44 sena minn San Pawl il-Baħar, għal xi raġuni baqgħet dieħla f’karozza oħra tat-tip Hyundai Atos, misjuqa minn mara ta’ 43 sena minn Birkirkara.
Fil-post issejħet l-assistenza ta’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li għenu biex in-nisa setgħu jinħarġu mill-vetturi. Fil-post wasal ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei, li taw l-ewwel għajnuna medika umbagħad ħadet liż-żewġ nisa l-Isptar. Hemm, huma kienu ċċertifikati li sofrew feriti gravi u jinsabu fil-periklu li jitilfu ħajjithom.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-għassa, li ħatar diversi esperti biex jassistuh fl-inkjesta.
//= $special ?>

