Każijiet bħal dak tat-traffikar uman tal-Asjatiċi lejn Malta li kien żvelat fil-gazzetta Il-Mument ma għandhomx jitperrċu fil-gazzetti.
Hekk saħaq il-Kelliem tal-Gvern Carmelo Abela waqt il-programm Għandi xi Ngħid ippreżentat minn Andrew Azzopardi fuq Radju Malta.
“Ma naħsibx li wieħed meta jkun hemm ċertu investigazzjonijiet għaddejjin (anki investigazzjonijiet tad-Direttur tax-Xogħol) għandu joqgħod iperiċċhom fil-gazzetti.”
Kienet Il-Mument li żvelat dan il-każ dwar it-traffikar uman ta’ Asjatiċi lejn Malta. Il-ġurnalist Joe Mikallef li qed jinvestiga dan il-każ kompla jagħti iktar dettalji dwar dan l-isfruttament ta’ tfajliet Ċiniżi li issa ilu għaddej għal numru ta’ snin.
Kif kompla jiżvela l-ġurnal In-Nazzjon, il-każ jinkludi wkoll sfruttament fil-ħruġ tal-visas saħanasitra bis-sehem ta’ eks Ministru tas-snin tmenin li għandu rabtiet qawwija maċ-Ċina.
//= $special ?>

