Lokali

Danni għar-residenti tas-Swieqi fil-lejl ta’ Halloween

Il-lejl ta’ Halloween xejn ma kien sabiħ għal numru ta’ residenti tas-Swieqi dalgħodu qamu u sabu l-parapetti u l-faċċata ta’ djarhom mimlija bajd.

Persuni li tkellmu magħna esprimew ir-rabja tagħhom wara li lbieraħ tfal ta’ etaijiet differenti marru jħabbtu l-bibien biex jiġbru l-ħelu bħala tradizzjoni u s-sidien spiċċaw vittmi ta’ ssuttar tal-bajd.

bajd halloween 1

Residenti oħra tas-Swieqi spjegaw kif qattgħu lejl jisimgħu l-istorbju u l-għajjat tat-tfal u żgħażagħ fit-toroq u quddiem il-propjetajiet tan-nies. Dawn iż-żgħażagħ bdew saħansitra, jfaqqgħu bombi tal-festa u jpoġġu u jserrħu mal-karozzi.

Persuna oħra fuq Facebook kitbet li meta marret tgħidilom biex ma jagħmlux storbju, bdew jirrispondu lura bi kliem baxx u iktar għajtu biex jimpikaw.

Residenti oħra rrapurtaw li sabu l-faċċati u l-karozzi mimlija bajd u grif.

bajd halloween 3