Żewġ sajjieda Melliħin, Denis u Roderick, dalgħodu salvaw fekruna tal-baħar li tgħaqqdet fl-ispag u bottijiet.
Il-fekruna ntlemħet minn Godfrey Bartolo, sajjied tal-lanza, li talab l-għajnuna taż-żewġ sajjieda biex ittellgħet mill-Bajja tal-Mellieħa.
Malli ndunaw li din il-fekruna kienet maqbuda fl-ispag, li ssikka madwar saqajha, is-sajjieda mill-ewwel żammew lill-fekruna u qatgħu l-ispag permezz tal-imwies tagħhom qabel telquha lura fil-baħar.
Li kieku din il-fekruna ma’ ġietx salvata mis-sajjieda, din kienet tmut.
Ritratti u filmat grazzi għal Godfrey Bartolo.
//= $special ?>