Is-sit tal-Power Station tal-Marsa għandu jinidel f’post fejn isiru l-esebizzjonijiet u jinfetaħ għall-pubbliku biex b’hekk titfakkar l-istorja ta’ dan l-impjant u s-servizz li ngħata lil pajjiżna sa mill-1953 sa llum.
Dan ħareġ minn stqarrija tal-grupp Youth 4 The Environment, Y4TE, li bi pjaċir laqa’ t-twaqqigħ tal-impjant tal-Power Station tal-Marsa li wara tant snin kien sar ineffiċenti u antik, speċjalment fid-dawl ta’ sorsi iktar nodfa tal-enerġija bħall-impjant tal-BWSC f’Dellimara.
Il-grupp Y4TE laqa’ wkoll l-idea li ssemmiet fl-aħħar jiem, li partijiet mill-impjant tal-Marsa jkunu kkonservati biex b’hekk ma tintilifx għal kollox l-istorja ta’ dan l-impjant.
//= $special ?>