Internazzjonali

Konfużjoni f’Burkina Faso wara r-riżenja ta’ Campaore

Is-sitwazzjoni f’Burkina Faso jidher li sejra mill-ħażin għall-agħar hekk kif qegħda tiżviluppa qasma fit-tmexxija tal-forzi armati tal-pajjiż liema forzi qegħdin imexxu l-pajjiż wara r-riżenja tal-President Blaise Campaore li kien ilu 27 sena fil-poter.

Il-Kurunell Isaac Zida ħabbar li hu kien sar il-Kap tal-Istat il-ġdid iżda fl-istess ħin l-Ġeneral Honore Traore qal li kien hu li qiegħed imexxi l-pajjiż.

L-aħbar tat-tmiem tat-tmexxija ta’ Compaore ntlaqat mill-pubbliku biż-żfin u ċelebrazzjonijiet fit-toroq tal-kapitali Ouagadougou.

Il-protesti kontra t-tmexxija ta’ Compaore bdew wara li l-eks President ipprova jemenda l-kostituzzjoni sabiex itawwal iż-żmien tiegħu fil-poter.