Lokali

Konrad Mizzi jkompli bis-sensiela ta’ gideb

F​il-programm Xarabank tal-bieraħ filgħaxija, il-Ministru Konrad Mizzi, bl-appoġġ sħiħ ta’ Joseph Muscat, kompla bis-sensiela ta’ gideb. Hekk saħaq fi stqarrija id-Deputat Nazzjonalista George Pullicino.

George Pullicino saħaq li dak li qal Konrad Mizzi fl-ittri li ġew ippublikati ma jgħidu xejn ġdid. Dak li ntqal fl-ittri kien diġa ntqal mill-eks Segretarju Permanenti fil-Ministeru tar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali Chris Ciantar, fi stqarrija maħruġa l-ġimgħa li għaddiet.

Pullicino rrepeta li hu, kuntrarju għal dak li qed isir mill-Ministri ta’ llum, qatt ma nvolva ruħu fil-proċess tal-għazla.

Din hija gidba oħra tal-Gvern ta’ Muscat temmet tgħid l-istqarrija.