Il-President tal-Ukrajna Petro Poroshenko ħabbar li kien qiegħed jgħati l-appoġġ tiegħu lil Arseny Yatsenyuk sabiex mill-ġdid ikun il-Prim Ministru wara l-elezzjonijiet parlamentari ta’ tmiem il-ġimgħa li għaddiet.
Din it-tħabbira ġiet fid-dawl ta’ spekulazzjonijiet li Poroshenko kien ser jipprova jimbotta persuna oħra, politikament eqreb tiegħu għal din il-kariga. Poroshenko u Yatsenuyk huma t-tnejn politiċi mill-fazzjoni politika Ukrena li temmen li post Kiev huwa marbut ma’ l-Unjoni Ewropea.
Intant ribelli favur ir-Russja qegħdin iħejju sabiex għada ssir l-elezzjoni f’Donetsk u Luhansk li ma’ ħadux sehem fl-elezzjoni ta’ ġimgħa ilu. Il-gvernijiet tal-punent qegħdin isejħu l-elezzjoni fil-lvant tal-Ukrajna bħala waħda illegali u li ser tagħmel il-kisba tal-paċi aktar diffiċli iżda l-gvern ta’ Moska ħabbar li kien ser jgħati għarfien lir-riżultat.
//= $special ?>

