Lokali Saħħa

Radio 101 mgħoti ċertifikat mill-Malta Blood Transfusion Services

L-inizjattiva tal-preżentatur ta’ Radio 101 George Galea, 50 sena nazzjon, 50 borza demm, wasslet biex inġabru total ta’ mija u tlett boroż demm.

Kien għal din ir-raġuni li l-istazzjon tar-radju ta’ Media.Link Communications ġie preżentat b’ċertifikat minn Alex Aquillina, mill-Malta Blood Transfusion Services. Iċ-ċertifikat ingħata lil Charles Saliba, il-Kap tal-istazzjon Radio 101.

Waqt il-programm Malta Illejla, Alex Aquillina rringrazzja lil Radio 101 ta’ din l-inizjattiva.

Il-mira oriġinali ta’ Radio 101 kienet li jinġabru ħamsin borża demm, iżda fortunatament din iċ-ċifra nqabżet b’aktar minn nofs, grazzi għal mija u tlett donaturi, uħud minnhom donaturi għall-ewwel darba.

Il-qasam tas-saħħa f’Malta jkollu bżonn ħamsin borża demm kuljum biex ilaħħaq mad-domanda. L-unika sors tad-demm f’Malta huma d-donaturi, u dan inaqqas ir-riskju ta’ mard infettiv.