Lokali

AĠĠORNATA: Tifel ta’ 12-il sena milqut minn vettura f’Marsaskala

Tifel ta’ 12-il sena safa’ milqut minn vettura f’inċident tat-traffiku li seħħ għal ħabta tas-siegħa u nofs ta’ wara nofsinhar fi Triq Sant’ Antnin f’Marsascala. It-tifel jidher li sofra xi grieħi hekk kif ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza sabiex jingħata l-kura.

Il-vettura tat-tip Hyundai i10 kienet misjuqa minn raġel ta’ 51 sena minn Marsaskala.