Kultura Lokali

Tliett ħatriet ġodda fix-xena artistika u kulturali lokali

Fi stqarrija illum tħabbru tliet ħatriet ġodda fix-xena artistika u kulturali lokali.

Dr Michelle Castelletti riċentament ġiet appuntata direttur artistiku tal-Malta Arts Festival, Dr Toni Sant tћabbar bћala d-direttur artistiku tal-Kavallier ta’ San Ġakbu Ċentru gћall-Kreattivita’ filwaqt li Mario Philip Azzopardi se jieћu r-rwol ta’ direttur artistiku tal-Fondazzjoni Valletta 2018 mill-1 ta’ Jannar 2015.

L-istqarrija tgħid li t-tliet ћatriet huma mistennija li jdaћћlu enerġija ġdida fix-xena artistika lokali, billi jipprovdu punti strateġiċi li jiltaqgћu filwaqt li jibqgћu distinti, u b’hekk joћolqu strateġija kulturali u artistika koerenti fil-mixja tal-Belt bћala Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2018.