Sewwieq ta’ mutur ta’ 24 sena jinstab l-isptar Mater Dei jingħata l-kura wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi triq il-Labour in-Naxxar.
Is-sewwieq tal-mutur tat-tip Hyosung ntlaqat fuq ir-rota ta’ wara minn karozza tat-tip Pajero meta dawn iż-żewġ vetturi kienu qegħdin isuqu fl-istess direzzjoni. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja u nofs ta’ filgħodu.
Fuq il-post issejħu l-pulizija u ambulanza li ħadet lil ġuvni l-isptar Mater Dei għall-kura fejn il-kundizzjoni tal-ġuvni għadha mhijiex magħrufa.
Intant l-istess triq rat inċident tat-traffiku ieħor. Din id-darba, turist ħelisha ħafif meta baqa tiela’ fuq bankina u ħabat ġo siġra għall-ħabta tal-erbgħa u nofs ta’ filgħodu. It-turist kien qiegħed isuq vettura tat-tip Skoda.