Internazzjonali

Elezzjoni fil-lvant tal-Ukrajna fir-reġjuni tas-separatisti

Separatisti fil-Lvant tal-Ukrajna illum qegħdin jivvotaw f’elezzjonijiet kontroversjali, appoġġjati mir-Russja, u li Kiev u l-pajjiżi tal-Punent irrifjutaw li jirrikonoxxu. Dan għax skont huma qed jheddu biex ikun hemm kriżi internazzjonali dwar il-konflitt.

L-elezzjonijiet fir-repubblika Popolari ta’ Donetsk u r-Repubblika Popolari ta’ Luhansk – bażati madwar iż-żewġt ibliet ikkontrollati mis-separatisti – qed ikunu mfissra li se jkunu qed iwasslu għal grad ta’ leġġitimita’ għar-reġimi militari li diġa’ qed jikkontrollawhom.

Iżda l-President tal-Ukrajna Petro Poroshenko ikkritika bl-aħrax din l-elezzjoni bħala vjolazzjoni tal-ftehim diġa’ imfarrak għal waqfien mill-ġlied li kien iffirmat fil-5 ta’ Settembru. Poroshenko stqarr li dawn huma “elezzjonijiet li t-terroristi u l-ħallelin iridu jirrikonoxxu f’territorju okkupat”.