L-investigazzjoni b’rabta mar-rocket SpaceShip Two ta’ Virgin Galactic li din il-ġimgħa b’mod spettakolari sploda ftit wara li ġie varat fid-deżert ta’ Mojave f’California mistennija ddum madwar sena. Madankollu matul din is-sena Virgin Galactic ser tkun tista tkompli bil-ħidma tagħha fuq rockets oħrajn.
Fl-inċident tilef ħajtu il-pilota filwaqt li persuna oħra sfat midruba b’sit il-kumpanija Virgin Sir Richard Branson jgħid li l-kumpanija tinstab determinata tiskopri x’ġara fl-inċident.
Il-fdalijiet tar-rocket jinstabu mifruxa tul ħames mili sabiex b’hekk il-ġbir tal-evidenza biss ser idum madwar ġimgħa. Analisti saħqu li l-investigazzjoni mistennija ddum daqshekk minħabba l-fatt li l-vjaġġ tar-rocket kien dokumentat estensivament u għalhekk kien jeħtieġ żmien konsiderevoli sabiex wieħed janaliżża kollox bir-reqqa meħtieġa.
L-awtoritajiet Amerikani wissew li huma kienu ser jagħrfu lil kumpanija Virgin Galactic b’kull tibdil meħtieġ malli tali ħtieġa tiġi skoperta.
//= $special ?>

