Internazzjonali

Mara fl-Iran arrestata minħabba logħba volleyball

Mara Iranjana, Ghoncheh Ghavami, ta’ ħamsa u għoxrin sena ngħatat sentenza ta’ sena ħabs minn qorti fl-Iran wara li sfidat deċiżjoni tas-sena 2012 u provat tara l-partita tal-volleyball tal-irġiel bejn l-Iran u l-Italja.

Att li fl-Iran huwa wieħed kriminali hekk kif in-nisa ma’ humiex permessi jaraw logħob tal-rġiel tal-football u l-volleyball minħabba li skond l-awtoritajiet Iranjani n-nisa għandhom bżonn protezzjoni mill-mġieba ta’ partitarji rġiel.

Ghavami li hija wkoll ċittadina Ingliża hija gradwata ta’ l-Universita’ ta’ Londra u trabbiet fil-punent ta’ Londra. L-għaqda Amnesty International sejjħet għall-ħelsien mill-arrest tagħha filwaqt li l-gvern Ingliż esprima tħassib serju għas-sentenza mgħotija lilha.

F’Ottubru Ghavami għamlet strajk tal-ġuħ wara li nżammet f’ċella waħedha mingħajr ebda raġuni.