Il-President xellugi tal-Bolivia Evo Morales iffirma l-kuntratt li bih ser jingħata bidu għal bini ta’ palazz presidenzjali ġdid. Palazz li ser jiswa madwar sitta u tletin miljun dollaru Amerikan u ser ikun fih 29 sular b’numru ta’ uffiċini fi ħdan il-bini iżda wkoll b’numru ta’ kmamar għall-użu esklussiv tal-President.
Il-palazz il-ġdid li ser ikun mibni bi stil arkitetoniku li jonora l-passat tal-pajjiż ser ikun fih ukoll post fejn jinżel helicopter u sala li tospita’ l-fuq min elf persuna.
Morales saħaq li l-palazz il-ġdid mhuwiex lussu iżda huwa meħtieġ sabiex jingħata l-ġenb l-palazz attwali li skond Morales huwa mimli simboli Ewropej u jfakkar fil-passat kolonjali tal-pajjiż. Morales qal ukoll li l-palazz l-antik kien żgħir daqs toqba ta’ ġurdien.
//= $special ?>

