Lokali

Simon Busuttil jgħid li l-istil tiegħu huwa li jżomm kelmtu

L-Istil tiegħi hu li nżomm kelmti, u dan f’kuntrast mal-politika ta’ Joseph Muscat li bena t-triq tiegħu lejn Kastilja fuq gidba.

F’intervista mal-gazzetta The Sunday Times, Simon Busuttil qal li ma jistax ikollok Prim Ministru li jwiegħed li jirriżenja jekk ma jlestix power station f’sentejn u mbagħad ma jżommx kelmtu.

Lanqas ma jista jkollok gvern li jwiegħed kollox lil kulħadd u mibni fuq nepotiżmu u klijenteliżmu u li meta jsib ruħu dahru mal-ħajt, jitfa’ t-tajn.

Mistoqsi dwar l-ewwel konvenzjoni ġenerali tal-PN, Simon Busuttil qal li l-għan warajha hu li l-PN joħroġ id-diskussjoni lil hinn mill-bibien tiegħu.

Hu tkellem ukoll dwar l-għaqda fil-PN u d-diversita’ fl-ideat. Dwar il-boathouses tal-Armier, Simon Busuttil qal li filwaqt li Gvern Nazzjonalista għamel żbalji, il-Gvern Laburista għamel ferm agħar billi qabad ta l-ismart meters f’dawn l-istrutturi illegali.

Mistoqsi dwar id-diżappunt tal-ambjentalisti għal dak li ssejjaħ bhala nuqqas ta’ pożizzjoni ċara dwar il-kaċċa, Simon Busuttil wieġeb li l-PN ma wiegħedx ħaġa lill-ambjentalista u fl-istess nifs, wiegħed eżatt bil-kontra lill-kaċċaturi.