Militanti Iżlamiċi attakkaw għal darb’oħra tribu Sunni Iraqi fil-Punent tal-provinċja ta’ Anbar, fejn b’kollox inqatlu 50 persuna.
L-attakk tal-Ħadd kien l-aħħar minn serje ta’ attakki fuq it-tribu’ Al-Bu Nimr. Il-gvern tal-Iraq qed jgħid li minn dan it-tribu’ s’issa nqatlu 322 persuna.
Il-vittmi, fosthom tfal, kienu skjerati u ġustizzjati bħala kastig talli t-tribu rritalja kontra l-estremisti.
Numru kbir mit-tribu’ Al-Bu Nimr wkoll instab maqtul f’qabar tal-massa kmieni l-ġimgħa li għaddiet. Ħamsin persuna oħra nqatlu s-Sibt.
//= $special ?>

