AĠĠORNAMENT (2)
Tela’ għal 65 il-bilanċ tal-vittmi fl-attakk suwiċida li seħħ il-Ħadd fil-Pakistan, qrib il-fruntiera mal-Indja. Fost il-vittmi hemm għaxar nisa, u sebat itfal. Maqtula ukoll tliet membri tal-militar Pakistani.
B’kollox mal-100 persuna ġew rikoverati fl-isptar wara dan l-attakk imdemmi.
Rapporti qed jgħidu li l-persuna li wettaq l-attakk kellu fuqu madwar 15-il kilogramma ta’ splussiv. L-isplużjoni ħalliet ħerba fiż-żona ta’ Wagah.
//= $special ?>
