Familja li għandha residenza fi Triq Bartolomew f’Ħal Qormi qed titlob lill-Partit Laburista biex jiżgombra mill-aktar fis possibbli minn binja li l-PL qed juża’ b’mod illegali u abbużiv. Fl-ittra, ippreżentata fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, il-familja għamlet referenza għall-Każin Laburista f’137, Triq San Bartolomew. L-ittra ġiet ippreżentata wkoll kontra l-Avukat Ġenerali.
Fl-ittra, Clothilde Borg ta’ 66 sena, Josephine Cassar ta’ 47 sena, Jane Sammut ta’ 44 sena, Charlotte Sammut ta’ 48 sena, Sr Carmen Mizzi ta’ 64 sena, Jospeh Mizzi ta’ 60 sena, Salvinu Mizzi ta’ 67 sena, Vincent Mizzi ta’ 61 sena, Isabelle Mercieca ta’ 56 sena, Cecilia Dalli ta’ 64 sena u Felicita Micallef ta’ 66 sena qalu bl-użu tal-propjetà l-PL qed jiksrilhom id-dritt għat-tgawdija tal-propjetà skont il-Kostituzzjoni ta’ Malta u l-Konvenzjoni Ewropea.
Il-familja qed titlob għall-iżgombru tal-post fi żmien ġimgħatejn, filwaqt li jingħataw lura ċ-ċwievet tal-post u jiġu likwidati kumpens xieraq minħabba l-abbuż mill-PL. Il-familja qed tirriżerva wkoll id-drittijiet kollha u lesta tipproċedi skont il-Liġi jekk it-talbiet tagħha ma jintlaqgħux. L-ittra uffiċjali ġiet ippreżentata mill-Avukati Jason Azzopardi u Kris Busietta.
//= $special ?>