Internazzjonali

F’Hong Kong inqabad serial killer

Hemm possibbilta li f’Hong Kong inqabad serial killer.

Dan wara li kien arrestat Bankier Ingliż ta’ 29 sena u fl-appartament tiegħu nstabu l-katavri mbiċċra ta’ żewġ nisa. Waħda minnhom bla ras u f’bagalja. Imma l-Pulizija sabu wkoll eluf ta’ ritratti u filmati ta’ katavri oħra u issa qed issir investigazzjoni biex ikun magħruf jekk dawn kienux vittmi tiegħu.