Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-faċċati tal-ġurnali, illum it-Tnejn 3 ta’ Novembru

IN-NAZZJON jirrapporta kif il-ħaddiema tal-Air Malta huma maħsuda bl-intenzjoni tal-Gvern li jbiegħ parzjalment il-linja nazzjonali tal-ajru lill-Air China.

THE TIMES b’intervista mar-raġel ta’ 66 sena li ġie salvat minn bir f’Pembroke, fejn dam għal kważi 22 siegħa sa ma nstab.

L-ORIZZONT jirrapporta d-diskors tal-Prim Ministru f’Ħal Għaxaq fejn ilbieraħ sostna illi qatt ma kien hawn rata daqstant baxxa ta’ qgħad.

THE MALTA INDEPENDENT tgħid illi l-kuntratt ta’ Sai Mizzi huwa l-istess bħal dak tal-ambaxxatur Malti għaċ-Ċina.