Il-Ministru tat-Trasport Joe Mizzi ammetta mal-ġurnalisti li mnalla kienu l-fondi tal-Unjoni Ewropea biex seta’ jsir il-proġett tal-kontroll tal-għargħar li permezz tiegħu ssolvew il-problemi kbar tal-għargħar f’diversi lokalitajiet, fosthom Ħal Qormi.
Il-proġett tal-kontroll tal-għargħar kien mibni minn Gvern Nazzjonalista b’investiment ta’ €53 miljun minn fondi tal-UE u hu mifrux fuq diversi lokalitajiet, fosthom Ħaż-Żebbuġ, Ħal Qormi, il-Marsa, Birkirkara, l-Imsida u Wied il-Għajn.
Waqt żjara li fil-Wied ta’ Ħal Qormi, Joe Mizzi qal li dan il-proġett għadu mhux lest u fadallu madwar sitt xhur oħra biex jitlesta. Kien f’dan il-waqt, li ammetta mal-ġurnalisti li l-UE kien fattur importanti għal ċertu żvilupp fil-pajjiż.
Sadanittant, anke s-Segretarju Parlamentari Ian Borg tkellem dwar l-impenn tal-Gvern li l-pajjiż ma jitlifx mill-fondi Ewropej biex b’hekk jitwettqu diversi proġetti.
//= $special ?>