Iffaċċjat b’rapporti li jista’ jitneħħa minn Ministru tat-Traport f’reshuffle tal-Kabinett, Joe Mizzi jiddikjara li s’issa l-Prim Ministru ma kkomunikax miegħu, iżda iktar minn hekk, il-Ministru Mizzi lanqas jistenna jew jippretendi li jkun hemm komunikazzjoni miegħu dwar possibbilta’ ta’ tneħħija tiegħu mill-Kabinett.
Il-Ministru Mizzi bħalissa qed jiffaċċja kritika fl-opinjoni pubblika partikolarment dwar il-bidliet fit-trasport pubbliku u l-wegħdi li l-poplu se jkollu servizzi tat-trasport pubbliku aħjar, sostenibbli u b’inqas sussidji, orħos għall-pubbliku u iktar effiċjenti.
Minkejja dawn il-wegħdi, is-sitwazzjoni tat-trasport pubbliku bħalissa hi waħda ta’ problemi ġodda li fihom il-pubbliku għadu qed jistenna l-wegħdi elettorali.
//= $special ?>

