Lokali

Il-PBS jiċċensura lill-Partit Nazzjonalista

Il-bulettin tal-aħbarijiet tal-istazzjon nazzjonali tal-bieraħ filgħaxija huwa eżempju ieħor ta’ kif il-kamra tal-aħbarijiet tal-PBS qed tiċċensura lill-Partit Nazzjonalista.

Fil-bulettin tal-bieraħ, il-PBS xandar rapport estensiv ta’ dak li qal il-Mexxej Laburista Joseph Muscat fl-attivita’ politika fil-Każin Laburista ta’ Ħal Għaxaq. Madanakollu, l-PBS għażel jinjora għal kollox l-istqarrija li l-Partit Nazzjonalista ħareġ b’reazzjoni għal dak id-diskors.

Fl-istqarrija, l-Partit Nazzjonalista spjega kif fid-diskors tiegħu, Muscat għamel sensiela ta’ gideb, li l-poplu Malti u Għawdxi għandu kull dritt li jkun jaf bihom.

Il-Partit Nazzjonalista qiegħed jistenna rimedju.