Futbol Sport

Kollox lest għad-derby tal-lejla

Ritratti li kiseb dan is-sit juru l-aħħar preparamenti fil-Hibs Stadium ta’ Raħal Ġdid fejn illejla se jkun qed jirritorna wara numru ta’ snin id-derby klassiku bejn Żebbuġ Rangers u Qormi FC.

Din il-partita mistennija tiġbed folla kbira lejn il-ground, hekk kif hemm interess qawwi miż-żewġ settijiet ta’ supporters. B’rebħa, Qormi jitilgħu jaqsmu t-tielet post tal-klassifika flimkien ma’ Valletta. Għal Żebbuġ, tliet punti jkunu jfissru mitqlu deheb fil-ġlieda tagħhom fl-aħħar postijiet tal-klassifika.

Il-logħba bejn Żebbuġ u Qormi tibda fis-6pm. Wara, il-partita bejn Sliema W. u Birkirkara.