It-Taljan Marcello Lippi ddeċieda li jirtira mill-kowċing wara li mexxa lil Guangzhou Evergrande lejn ir-raba’ titlu fis-Super League Ċiniz.
Id-draw 1-1 fl-aħħar logħba kontra Shandong Luneng kien biżżejjed għat-tim ta’ Lippi biex aċċerta mit-titlu.
Wara dan is-suċċess, Lippi, li mexxa lill-Italja lejn ir-rebħ tat-Tazza tad-Dinja fl-2006, ħabbar li kien qed jirtira mill-kowċing u se jibqa’ biss Direttur Tekniku ta’ Evergrande. Floku issa qed jissemma l-eks captain nazzjonali tal-Italja Fabio Cannavaro.
Lippi qal li ta’ 66 sena jħossu xiħ biex jibqa’ jikkowċja imma se jibqa’ fil-kariga ta’ Direttur Tekniku.
Matul il-karriera Lippi kellu wkoll suċċessi kbar fid-darbtejn li kien ma’ Juventus fejn rebaħ is-Serie A ħames darbiet u ċ-Champions League fl-1996.
Huwa sar ukoll l-ewwel kowċ Ewropew li rebaħ ukoll ic-Champions League Asjatika barra dik Ewropeja meta mexxa lil Evergrande lejn is-suċċess fiċ-Champions League Asjatika fl-2013.
//= $special ?>