Lokali Parlament

Numru ta’ applikazzjoni tal-MEPA ma jingħatax

Il-Ministru Manuel Mallia ma tax informazzjoni sempliċi b’rabta ma’ numru ta’ applikazzjoni li saret lill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) li saret mill-Ministeru tiegħu jew mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sabiex tinbena s-sezzjoni tal-Y.O.U.R.S. fl-Imtaħleb.

Il-mistoqsija saret mid-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi lill-Ministru  Mallia, responsabbli mill Intern u s-Sigurtà Nazzjonali  fit-18 ta’ Ġunju li għadda, xahar qabel mal-Parlament aġġorna għall-vaganzi tas-sajf. Staqsa wkoll lill-Ministru Mallia jgħid f’liema stadju waslet din l-applikazzjoni.
Iżda għal dawn il-mistoqsijiet sempliċi li saru fil-Parlament, il-Ministru Mallia qal biss li r-risposta għadha qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra.
Il-Oppożizzjoni li ħa l-Ministru Mallia li ma jagħtix l-informazzjoni  mitluba mill-Oppożizzjoni fil-Parlament, tistona mhux ftit għall fatt li l-Ministru Manuel Mallia kien ħabbar fit-23 ta’ Settembru li għadda, li se jsir ristrutturar fil-faċilità tal-Y.O.U.R.S. biex tkun tista’ tilqa’ aktar żgħażagħ.
Il-Ministru Mallia kien qal waqt żjara li għamel fil-faċiltajiet ta’ din is-sezzjoni ta’ Faċilità Korrettiva, li r-ristrutturar se jinkludi wkoll sezzjoni għan-nisa żgħażagħ. Il-Ministru Mallia stess kien qal li preżentament, hemm il-permessi dwar dan il-bini, li se jitħallas minn Norwegian funds, quddiem il-MEPA.
Iżda minkejja din l-informazzjoni li kien ta quddiem  il-ġurnalisti, il-Ministru Mallia fil-Parlament qal li l-informazzjoni għadu qed jiġborha.