Lokali Saħħa

Żidiet sostanzjali fil-prezzijiet tal-mediċini

Mediċini out of stock

Fl-aħħar ta’ Settembru, il-Gvern ħareġ lista ta’ mediċini li qal li raħħas il-prezzijiet tagħhom. Dakinhar, ħabbar li traħħsu l-prezzijiet ta’ disa’ mediċini. Dan kien it-tieni roħs li tħabbar mill-elezzjoni ‘l hawn, wara li l-Gvern kien ikkritikat li ħalla fuq l-ixkaffa l-proċess li beda Gvern Nazzjonalista biex iġib il-prezzijiet tal-mediċina f’Malta fl-istess livell tal-Ewropa, b’taħditiet ma’ dawk li jimpurtaw il-mediċini.

Dan minbarra l-kritika ma tieqaf xejn dwar il-mediċini out-of-stock u l-wegħda li s’issa għadha ma twettqietx li l-anzjani jibdew jirċievu fuq l-għatba tad-dar il-mediċina intitolati mill-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek.

Madankollu, dak li ma qalx il-Gvern meta fl-aħħar ta’ Settembru ħabbar ir-roħs f’disa’ mediċini kien li minn dakinhar ‘l hawn u fil-jiem ta’ qabel, kien hemm ħafna aktar mediċini li żdiedu fil-prezz. Din il-lista, li qed nippubblikaw illum bir-ritratti ta’ kull prodott mediċinali, tiġbor biss ftit mill-mediċini li żdidilhom il-prezz fl-aħħar ġimgħat.

Taħt kull mediċina, qed nuru kif kien il-prezz u kif dan żdied fl-aħħar ġimgħat. Iż-żidiet ivarjaw, iżda fost l-akbar żidiet fil-prezz ta’ ċerti mediċini, hemm uħud li żdidilhom il-prezz b’25%, filwaqt li f’każ minnhom hemm mediċina li tiswa ammont konsiderevoli u li l-prezz tagħha żdied b’xejn anqas minn €33.

Medicini Zieda Prezzijiet Settembru 2014