Angelina Jolie, li bħalissa qed tiġbed il-film ‘By The Sea’ f’Malta flimkien mar-raġel tagħha Brad Pitt, stqarret li qed tikkunsidra li tibda karriera fil-politika.
Hi qalet dan f’intervista mar-rivista ‘Vanity Fair’ li se toħroġ għall-bejgħ fil-11 ta’ Jannar..
Jolie, li hi attiva ħafna fix-xena politika, qalet li meta persuna bħalha tagħmel ħafna xogħol umanitarju, wieħed bilfors isir konxju tal-politika u jekk wieħed verament irid jagħmel bidla, allura għandu ċerti responsabbiltajiet xi jġorr. Hi żiedet li madankollu, ma kinitx taf jekk biex tagħmel ħoss favur ċerti kawżi kienx jaqbel li tibqa’ attriċi.
Jolie, li għandha 39 sena, hi rappreżentata speċjali għall-fergħa tan-Nazzjonijiet Uniti inkarigata mir-refuġjati, UNHCR, minbarra li ħadmet ħafna kontra l-ġlied u l-abbużi f’Darfur kif ukoll l-Afganistan, Haiti u l-Kambodja
//= $special ?>