Internazzjonali

Battalja għall-port ta’ Bengażi

L-Armata Libjana bdiet bl-attakki tagħha kontra l-militanti Iżlamiċi fil-port ta’ Bengażi wara li ħeġġet l-evakwazzjoni ta’ zona ċentrali f’din it-tieni l-akbar belt fil-Libja.

Fi tmiem il-ġimgħa, ir-residenti kollha tad-distrett ta’ Assabri kienu mwissija biex iħallu djarhom minnufih.

Lokalizzat fiz-zona kummerċjali prinċipali ta’ Bengażi, id-distrett ta’ Assabri hu mogħni b’port li jintuża għal importazzjonijiet kruċjali ta’ petrol u qamħ. Il-grupp militanti Ansas al-Sharia ħarab miz-zona wara li l-armata ħatfet zoni oħrajn fil-belt.

Ġlied bejn l-Armata Libjana, li hi appoġġjata minn forzi leali lejn l-eks-Ġeneral, u gruppi Iżlamiċi fil-Lvant tal-belt, qatlu aktar minn 230 persuna mindu bdiet l-aħħar offensiva tal-armata. Barra minn hekk, wieħed mill-isptarijiet prinċipali għat-twelid tat-trabi, kien evakwat u ċċaqlaq lejn post ieħor.