Lokali Parlament

Dewmien ta’ aktar minn sena fit-tender għall-junction tal-Kappara

Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi kkonferma li kien hemm dewmien fuq il-ħruġ tat-tender għall-kostruzzjoni tal-junction tal-Kappara. It-tender kellha toħroġ f’Settembru tas-sena l-oħra.
Għal tweġiba fil-Parlament li ta għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina, il-Ministru Mizzi qal li d-dewmien kien minħabba li kien ġie deċiż li t-tender inkwistjoni jerġa’ jgħaddi minn proċessi ta’ awditjar u diversi reviews tekniċi u legali, u allura dan iż-żmien intuża wkoll biex tittejjeb il-kwalità tal-istess tender u jiġi kkonsolidat aħjar il-kontenut tiegħu.
Id-Deputat Nazzjonalista għamel din il-mistoqsija wara li l-istess Ministru Mizzi kien qal f’risposta għall-mistoqsija  parlamentari, li din it-tender kellha toħroġ f’Settembru 2013.