Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-faċċati tal-ġurnali llum, it-Tlieta 4 ta’ Novembru
IN-NAZZJON b’rapport esklussiv dwar Sirjan li qed jhedded lil numru ta’ Maltin, u li għandu protezzjoni minn ‘ras kbira’ fil-fabbrika Leisure Clothing.
THE TIMES OF MALTA jirrapporta l-każ tal-playworker li nstab ħati ta’ negliġenza fil-każ li seħħ dan is-Sajf meta tifel ta’ 3 snin ħareġ waħdu minn SkolaSajf fil-Fgura.
L-ORIZZONT ikompli jsegwi l-każ tal-estradizzjoni tal-Kap tal-Mafja Sebastiano Brunno, li kien inqabad f’pajjiżna ftit tal-ġimgħat ilu.
THE MALTA INDEPENDENT ikompli jsegwi l-allegazzjonijiet fil-konfront ta’ Fr. Charles Fenech, u jirrapporta kif il-patri Dumnikan qed jinsisti ma’ sħabu li hu innoċenti u jappella għa-talb għaliex “Alla se jirbaħ”.
//= $special ?>
