Il-plejer Arġentin ta’ Newcastle United, Jonas Gutierrez, ħareġ mill-isptar wara li kien operat għall-kanċer f’pajjiżu, bil-Magpies jesprimu s-sodisfazzjon fuq il-mezzi tal-media soċjali.
Gutierrez, li għandu 31 sena, kien operat fl-Arġentina x-xahar li għadda, fejn tneħħielu tumur. Hu għadda wkoll minn kors tal-kimoterapija qabel kien deċiż li jintbagħat mill-isptar.
Il-winger Arġentin, li ngħaqad ma’ Newcastle fl-2008, skorja għaxar gowls f’177 logħba fil-Kampjonat mal-Magpies. Hu kien wieħed mill-protagonisti fit-tim ta’ Newcastle United li kiseb il-promozzjoni minn The Championship għall-Premier fl-istaġun 2009-2010 u meta l-klabb kien promoss bħala Champion.
Fl-istaġun li għadda, Gutierrez spiċċa misluf lil Norwich City, wara li ma kienx inkluż fil-pjani tal-manager ta’ Newcastle, Alan Pardew. Intant, il-Canaries, f’Mejju, kienu spiċċaw relegati għal The Championship, flimkien ma’ Fulham u Cardiff City.
//= $special ?>

