Lokali

Il-Gvern jipprova jixtri l-ħut fil-baħar – tħassib mill-PN dwar l-għoti ta’ liċenzja ta’ casino

Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija esprina t-tħassib għall-aħbar li l-Qorti ordnat li jieqaf il-proċess tal-għoti ta’ liċenzja għal casino minħabba suspetti ta’ irregolaritajiet.

Skont il-kumpanija li talbet il-mandat, bil-mod kif iddeċieda l-Gvern, hu prefera li jixtri l-ħut fil-baħar flok jieħu l-aħjar offerta li saritlu.

Din hija aħbar inkwetanti ferm u l-Oppożizzjoni qalet li qed tistenna spjegazzjoni ċara minn-naħa tal-Gvern, speċjalment meta wieħed iqis li dan kien proċess li ilu għaddej sena u nofs u fejn kulħadd jaf li l-kumpanija li kellha l-aħjar offerta sa issa rriżulta li ma ntgħażlitx.

Il-Partit Nazzjonalista temm l-istqarija billi qal li qed jistenna li l-Ministru Chris Cardona jagħti spjegazzjoni ta’ x’ġara u x’ma ġarax fil-proċess.

04.11.14