Għadu kif miet il-ħames tabib fi Sierra Leone bil-marda tal-Ebola. L-aħbar tal-mewt tat-tabib Godfrey George, li kien supretendent mediku fi sptar tal-gvern fit-Tramuntana ta’ Sierra Leone, twasslet minn Brima Kargbo, il-kap uffiċjal mediku ta’ Sierra Leone.
Kargbo stqarr li l-aħbar kienet daqqa ta’ ħarta għall-isforzi sabiex il-ħaddiema tas-saħħa jinżammu, kemm jista’ jkun, ’il bogħod mill-periklu.
Sadattant, il-President tal-Bank Dinji Jim Yong Kim stqarr li l-pajjiżi fl-Asja mhumiex qed jikkontribwixxu biżżejjed fl-isforz dinji biex tkun miġġielda l-marda tal-Ebola. Dan minkejja li f’dan il-kontinent hemm ħafna tobba u infermieri mħarrġa li jistgħu jgħinu biex titwaqqaf il-firxa ta’ dan il-virus qattiel.
S’issa l-Ebola qatlet kważi 5,000 persuna u l-maġġoranza tagħhom kienu mil-Liberja, mill-Guinea u minn Sierra Leone.
//= $special ?>