Lokali Parlament

Il-Parlament jikkundanna l-attakk fuq Spettur tal-Pulizija

Il-Parlament ikkundanna l-attakk li sar fuq ir-residenza tal-Ispettur Godfrey Azzopardi li seħħ fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu.

Fil-bidu tas-seduta tal-lejla, kien il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil li esprima solidarjetà mal-familjari tal-Ispettur Azzopardi filwaqt li kkundanna l-attakk irresponsabbli  li ma jistax ikun aċċettat f’pajjiż demokratiku.

Mal-ħsibijiet li esprima l-Kap tal-Oppożizzjoni, ingħaqad ukoll il-Prim Ministru Joseph Muscat kif ukoll l-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia.